Dalgħodu xufier ta’ trakk ikkawża ħsarat wara li laqat is-saqaf tal-mini ta’ Ħal Kirkop. It-triq ingħalqet għat-traffiku. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li sabet lil dawk involuti u li dawn aċċettaw li jħallsu għad-danni u l-multi li nħarġu.
Transport Malta appellat sabiex kull min juża t-toroq jsegwi r-regoli, isuq b’responsabilità u jirrispetta lil kull min juża t-triq. In-nuqqas ta’ ħsieb jista’ jħalli konsegwenzi serji ħafna.