Fi stqarrija, Transport Malta qalet li kompliet issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u internazzjonali dwar il-vapur tal-merkanzija b’bandiera Maltija li nħataf qrib il-Jemen, aktar kmieni dan ix-xahar.
Transport Malta qalet li dan il-vapur tal-merkanizija inizjalment qasam il-Baħar Għarbi u qed ikun segwit mill-operazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-reġjun.
Intqal li bħalissa dan il-vapur tal-merkanzija jinsab viċin il-kosta ta’ Baqbaq fis-Somalja.
Ftit tal-jiem ilu, ġie rrappurtat li l-vapur inħataf skont rapport li għamlet il-kumpanija Brittanika tas-sigurtà Ambrey.
Il-ħtif, li ġie rrappurtat mill-midja internazzjonali seħħ fil-Baħar Għarbi biswit il-gżira tal-Jemen Socotra.
Jirriżulta li dgħajsa irreġistrata fl-Iran tfiet it-transponder tagħha sitt sigħat qabel seħħ l-inċident hekk kif kienet qed tbaħħar fil-viċininanzi u b’hekk waqqfet kull komunikazzjoni lil hinn minnha. Fi żvilupp ftit wara ġie sostnut li l-qagħda tal-ekwipaġġ abbord hi tajba.