Transport Malta qalet fi stqarrija li qed tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex kwalunkwe permessi tax-xufiera u tags tax-xufiera Ii skadew fl-1 ta’ Diċembru 2020 jew wara, għandhom jibqgħu validi u awtomatikament jiġu estiżi sal-31 ta’ Ottubru 2021. Dan minħabba l-imxija tal-Covid-19 u sabiex jitnaqqas id-dewmien fil-ħruġ tat-tiġdid tal-permessi tax-xufiera u t-tags tax-xufiera.
B’hekk kull persuna li għandha dan it-tip ta’ permess, xorta waħda se tkun tista’ topera fix-xhur li ġejjin. Minkejja dan Transport Malta qalet li xorta waħda ser tkompli ġġedded il-permessi tax-xufiera u t-tags tax-xufier ladarba tkun kisbet il-verifiki neċessarji hekk kif inhu spjegat hawn fuq.
Madankollu Transport Malta saħqet li t-termini, iI-kundizzjonijiet u l-obbligi kollha stabbiliti fir-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri, ir-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi u r-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’vetturi żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ vetturi fuq id-detenturi ta’ tali permessi tax-xufiera u t-tags tax-xufiera, għandhom jibqgħu japplikaw.