Bdiet tħokk għajnejha u ħasbet li wara ftit ħin kien se jgħaddilha, iżda wara ftit sigħat bdiet tħoss uġigħ kbir f’għajnejha iżda qatt ma bassret li dak l-uġigħ kien se jwassal biex titlef id-dawl ta’ għajnejha.
Din hija l-istorja ta’ Irenie Ekkeshi li spiċċat bla dawl f’għajnejha wara li libset contact lenses b’idejha mxarbin. X’ħin qamet, it-tfajla ma bdietx tara ċar hekk kif għajnejha kienu kollha dmugħ. Kien f’dak il-punt li marret fi spiżerija tixtri l-qtar għal għajnejha.
“Ħsibt li kelli infezzjoni li se tgħaddi sat-Tnejn. Iżda dakinhar filgħaxija ma stajtx inħares lejn id-dawl u bdejt nara ħafna ċpar,” spjegat it-tfajla.
Kien għalhekk li t-tfajla marret l-isptar ta’ Moorfield fejn saritilha dik li hija msejħa corneal scrape. Proċess li matulu jsir tindif tal-għajnejn. Wara ftit jiem irċeviet l-aħbar li saritilha d-djanjożi ta’ Acathamoeba Keratitits, infezzjoni rari iżda serja ħafna tal-għajnejn. Din l-infezzjoni ħafna drabi hija kkawżata minn mikrobu li jinstab fl-ilma, l-baħar u swimming pools.
“Qatt ma nħsilt jew mort ngħum bil-lenses, iżda tgħallimt li anke meta taħsel idejk u tilbes il-contact lenses huwa ħażin,” temmet tgħid it-tfajla.