Fil-knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, is-Sibt waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lil Nolan Farrugia, iż-żagħżugħ ta’ 21 li l-Ħamis li għadda tilef ħajtu bil-mutur.
Fl-omelija, Fr Christopher Ellul, l-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien li kien ukoll serva fil-parroċċa tas-Siġġiewi qal kif lil Nolan kien ilu jafu erba’ snin u miegħu qatta’ diversi esperjenzi. Huwa semma’ kif Nolan kellu tliet karatteristiċi li kienu sawwruh bħala persuna. Dawn kienu li kien bniedem kalm, kellu ħafna ħbiberiji u t-tbissima fuq fommu.
Dawn it-tlett karatteristiċi huma ta’ tagħlima għaliex huwa għaraf li jagħti ħinu lil kulħadd, kellu relazzjonijiet tajba ma’ kulħadd u bit-tbissima tiegħu kien iferraħ lil ħaddiehor.