“Traġikament tlifna parti għażiża mit-tim tagħna, u fuq kollox ħabiba. Wara li fformat parti mit-tim tagħna għal din l-aħħar sena, Pelin ħalliet marka fuqna lkoll, li qatt mhu se jintesa. Il-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja ta’ Pelin. Ilkoll ninsabu bla kliem u taħt xokk minn din it-traġedja.
Tistrieħ fis-sliem.”
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hekk kitbu kollega ta’ Pelin Kaya, wara li tħabbret il-mewt tagħha lbieraħ. Il-mara Torka ta’ 30 sena mietet fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu wara li ttajret u mietet fuq il-post fil-Gżira.
Dan wara li raġel, Malti-Franċiż, ta’ 33 sena li ġie identifikat bħala Jeremie Camilleri, li kien qed isuq vettura tat-tip BMW X6 laqatha bil-karozza waqt li kienet fuq il-bankina u baqa’ dieħel fi stabbilment tal-ikel.