Ħabta bejn tliett karozzi, fi Triq l-Għarb, fl-Għarb Għawdex wasslet sabiex 3 passiġieri, nisa u tfal, jittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulazna.
Fl-ewwel karozza li hi ta’ tip Mitsubishi Lancer kien hemm xufier ta’ 36 sena u residenti l-Għarb, flimkien ma’ tliett passiġiera oħra, li tnejn minnhom ittieħdu l-isptar b’ambulanza.
Karozza oħra involuta fl-inċident hi ta’ tip Peugeot 508 misjuqa minn xufier ta’ 56 sena minn Għajnsielem.
Ix-Xufier tat-tielet karozza, li hi tip Nissan Qashqai, u li għandu 31 sena minn Għajnsielem ittieħed ukoll l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.
It-tliett persuni ġarbu ġrieħi ħfief.