Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija kien hemm nirien f’residenza privata fi Triq Rodolfu, Tas-Sliema.
Tliet persuni li kienu ġewwa nħarġu mir-residenza qawwijin u sħaħ.
Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li għal xi raġuni n-nar beda minn frying pan u għalkemm kien se jaqbad jinfirex mal-għamara tal-kċina, is-Surġent irnexxielu jikkontrolla n-nirien permezz ta’ xugaman u fire extinguisher sakemm fuq il-post waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Surġent kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li bela’ xi duħħan fejn wara li ngħata l-kura neċessarja ġie rrilaxxat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.