Tliet persuni nstabu li kisru l-kwarantina, hekk kif tul il-jum, issuktaw l-ispezzjonijiet tal-forzi tal-ordni.
Fl-aħħar 24 siegħa saru 460 spezzjoni – 422 u għoxrin f’Malta u 38 f’Għawdex.
Għaldaqstant, in-numru ta’ multi li nħarġu mill-awtoritajiet tela’ għal 24.
Intant fl-aħħar sigħat saru wkoll aktar minn 320 spezzjoni f’Malta, u 150 spezzjoni f’Għawdex fi stabbilimenti bħal ristoranti, bars, kiosk u ċinemas li bħalissa għandhom jibqgħu maqgħluqin. F’dawn l-ispezzjonijiet ma nstab l-ebda każ ta’ stabbiliment miftuħ.