Titjira tal-linja tal-ajru Delta kellha tmur lura wara li inċident fil-kabina tal-ewwel klassi.
Huwa mifhum li passiġġier attakka membru tal-ekwipaġġ u ried jidħol fil-kabina tal-pilota. Wara li ġara dan kollu, t-titjira li kienet sejra lejn Beijing reġgħet lura lejn l-ajruport ta’ Seattle.
Kelliema għall-linja tal-ajru qalu li kienu bosta l-passiġġieri li għenu lill-membri tal-ekwipaġġ biex jikkontrollaw lill-passiġġier. Fil-fatt, tliet persuni indarbu abbord it-titjira Delta 129.
Il-passiġġier li kkawża dan l-inċident m’aċċettax kura medika.