Tlett persuni mietu f’nar li ħakem dar fl-Awstralja wara li kien hemm rapport ta’ splużjoni. L-awtoritajiet sabu l-iġsma ta’ żewġ nisa u raġel wara li n-nirien ħakmu d-dar f’Brisbane kmieni t-Tlieta filgħodu.
L-Ispettur tal-Pulizija qal li l-ġirien talbu l-għajnuna tal-awtoritajiet wara li semgħu dik li kienet deskritta bħala splużjoni pjuttost kbira. Intqal li l-kawża tan-nar għadha qed tiġi determinate, iżda l-pulizija qed jittrattaw il-każ bħala wieħed suspettuż.
Qed ikun irrappurtat li l-ġirien qalu li semgħu l-għajjat qabel l-inċident, li seħħ fis-subborg ta’ Everton Hills.