Matul il-lejl il-belt ta’ Odesa fin-Nofsinhar tal-Ukrajna, reġgħet ġiet attakkata u sa issa ġew iċċertifikati tlieta mejta.
Il-missili laqtu maħżen kbir u diversi ħwienet. Uffiċjali qalu li ndarbu iktar minn tnax-il persuna u qed jibżgħu li hemm aktar nies maqbuda taħt it-tifrik.
Dan ġara wara li t-Tlieta filgħodu l-President Russu Vladimir Putin sostna li l-kontro-offensiva tal-Ukrajna kienet qed tfalli u li n-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom, tal-Ukrajna kien 10 darbiet ogħla minn dak tar-Russja.