Terremot qawwi f’Osaka fil-Ġappun qatel minn tal-inqas tliet persuni, fosthom tarbija, fejn indarbu madwar 200 persuna oħra.
L-ajruporti li jinsabu fiż-żona ngħalqu għal diversi sigħat, filwaqt li twaqqaf is-servizz tal-ferroviji u twaqqfet il-ħidma tal-fabbriki fil-madwar.
Fortunatament it-terremot ta’ qawwa 6.1 ma ħoloqx allarm kbir hekk kif l-impjanti nukleari fil-madwar baqgħu joperaw normali.