Raġel ta’ 38 sena residenti l-Imsida, mara ta’ 42 sena residenti l-Imsida u Serb ta’ 35 sena residenti l-Mosta ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza Honda Del Sol u Ready Mix Astra.
It-tliet passiġġiera ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.