Ħames persuni jittieħdu l-Isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani ż-Żejtun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu.
Minn investigazzjoni preliminari irriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi: Suzuki Swift misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena mill-Fgura u Chevrolette Spark misjuqa minn mara ta’ 47 sena minn Birkirkara. Passiġġieri magħha kien hemm raġel ta’ 48 wkoll minn Birkirkara, żewġt ibniet ta’ 9 snin u tfajla ta’ 15-il sena.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku sabiex jagħati l-ewwel għajuna.
Is-sewwieqa tax-Chevrolette Spark u l-passiġġiera kollha ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li l-kundizzjoni tal-erba’ persuni oħra għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.