Minn tal-inqas tliet persuni mietu filwaqt li 50 oħra weġġgħu wara li ferrovija ħarġet mill-binarji tagħha f’Montana l-Istati Uniti.
Minn tal-inqas kien 141 passiġġier u 16-il membru tal-ekwipaġġ abbord il-ferrovija li kienet fi triqitha lejn Seattle minn Chicago.
Persuna li kienet fuq il-ferrovija fil-ħin tal-inċident, iddiskriviet is-sitwazzjoni bħall turbulenza estrema fuq ajruplan.