Tliet persuni nħatfu u nqatlu fil-kapitali Afgana ta’ Kabul f’dak li qed ikun meqjus mill-pulizija bħala każ terroristiku. Il-persuni kienu mill-Indja, l-Malasja u l-Maċedonja.
L-investigaturi qalu li l-persuni ttieħdu mill-karozza tagħhom fit-triqithom lejn l-ajruport, bl-iġsma tagħhom instabu aktar tard fid-distrett ta’ Mussahi. Sa issa l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.