Tliet persuni ddaħħlu l-isptar wara inċident kmieni dalgħodu. L-inċident seħħ fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu.
Vann tat-tip Toyota Dyna misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Imsida kellu impatt head-on ma’ karozza tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Birkirkara. Dan tal-aħħar miegħu bħala passiġġiera kellu tfajla ta’ 22 sena minn Raħal Ġdid. Fuq il-post tal-inċident, flimkien mal-Pulizija u l-Ambulanzi, issejħu il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili, hekk kif żewġ persuni kellhom jinħarġu mill-karozza. It-tliet persuni sofrew minn ġrieħi ħfief.
https://youtu.be/bp5VSH0hMTg