Fit-toroq tal-kapital Ewropej magħruga għall-jihadi, qed jiġu mblukkati minn skwadri anti-terroristiċi hekk kif niedew operazzjoni kbira.
Żoni kbar qed jitwaqqaf l-aċċess għalihom fid-distrett ta’ Molenbeek f’Brussell, li hu magħruf għall-ammont ta’ individwi li jissimpatizzaw ma’ Daesh (ISIS), hekk kif din iż-żona hi qrib il-Kwartieri tal-Unjoni Ewropea.
Qed jiġi rrappurtat li intlemaħ ħelikopter tal-Pulizija idur fuq iż-żona.
Il-Pulizija wettqet diversi rejds kemm fit-toroq kif ukoll f’diversi djar fejn ġew arrestati tliet persuni. S’issa, skond rappreżentat tal-iskwadra tal-Pulizija, ma nstabu l-ebda armi tan-nar u splussiv,
Din iż-żona sabu li kellha konnessjoni ma’ diversi inċidenti terroristiċi maġġuri li saru riċentament, fosthom li f’din iż-żona kien jgħix Salah Abdeslam, il-moħħ wara l-attakk f’Pariġi li seħħ fl-2015 fejn mietu 130 persuna.