Żagħżugħ ta’ 17-il sena ndarab gravi u żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena ħelsuha ħafif wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Qrendi.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar Triq Wied iż-Żurrieq, il-Qrendi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Isuzu TFS, misjuqa minn raġel ta’ 67 sena minn Birkirkara, u Mazda Demio, misjuqa minn raġel ta’ 20 sena minn Ħal Qormi. Fil-Mazda kien hemm ukoll tliet ġuvintur ta’ 17-il sena residenti Ħal Qormi.
Ix-xufier u l-passiġġiera fil-Mazda ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, wieħed mill-passiġġieri tal-Mazda ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ passiġġieri l-oħra sofrew ġrieħi ħfief. Filwaqt li x-xufiera ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.