Tliet żgħażagħ ta’ 14, 15 u 16-il sena ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li ħa materjal splussiv f’idejhom.
Iż-żagħżugħ ta’ sittax-il sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-każ seħħ illejla għall-ħabta tal-ħamsa, fl-inħawi msejħa bħala tar-Ramlija f’Ħal Kirkop.
Immedjatament fuq il-post mar tim mediku li ħa ż-żgħażagħ l-isptar Mater Dei, flimkien ma’ membri mil-Korp tal-Pulizija.
Il-kundizzjoni taż-żewġ żgħażagħ l-oħra għadha mhux magħrufa.
Minn informazzjoni li għandu ONE News jidher li l-każ seħħ hekk kif iż-żgħażagħ kienu qed jiġbru xi splussiv minn għellieqi f’din iż-żona.
Matul il-jum tal-Ħadd, ir-raħal ta’ Ħal Kirkop qed jiċċelebra l-festa ta’ San Leonardo.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.