Fl-Ingilterra, tliet żgħażagħ li l-età tagħhom tvarja bejn 15 u 17-il sena wieġbu ħatja talli weġgħu u żebilħu lil koppja gay fuq tal-linja. Il-każ imur lura għat-30 ta’ Mejju, meta Melania Geymonat u l-għarusa tagħha Christina Hannigan kienu ġo tal-linja f’Camden, fit-Tramuntana ta’ Londra. It-tliet żgħażagħ ħebbew għall-koppja billi tawhom daqqiet b’muniti.
Isem iż-żgħażagħ ma jistax jixxandar fil-pubbliku minħabba li huma taħt l-età ta’ 18-il sena.