Tul il-lejl erba’ vetturi ħadu n-nar fi tliet inċidenti separati.
L-ewwel każ seħħ fi Triq Marsamxett il-Belt ftit qabel is-02:05, fejn ħadet in-nar Mercedes, u kawża tan-nirien ħadet in-nar ukoll Maruti li kienet ipparkjatha qribha.
Każ ieħor seħħ ftit qabel l-03:40 fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida fejn ħa n-nar trakk tat-tip Dodge 50 Series, fejn saret xi ħsara fil-faċċata tal-binja ta’ fejn kien jinsab.
It-tielet każ seħħ ftit qabel l-03:40 fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun, fejn Suzuki Swift ukoll ħadet in-nar.
Dwar in-nar fil-Belt u l-Ħamrun infetħu inkjesti Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doreen Clarke.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn il-każijiet, għadhom għaddejjin.