Tliet vetturi kienu involuti f’inċident tat-traffiku ftit tal-ħin ilu fir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:20 fi Triq Buqana fir-Rabat meta għal xi raġuni wieħed mill-vetturi, li kien trakk, baqa’ dieħel fil-vettura ta’ quddiemu bil-konsegwenza li l-vettura l-oħra baqgħet dieħla fil-vettura ta’ quddiema.
Mal-wasla tal-Pulizija, persuna waħda ilmentat li kellha xi uġigħ iżda madanakollu ma kienx hemm bżonn ta’ ambulanza.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet iżda issa nfetħet għat-traffiku.