Żewġ anzjani qed isofru minn ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li kien jinvolvi tliet vetturi fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħodu fi Vjal Millbrae fil-Mosta meta għal xi raġuni tliet vetturi tat-tip; Peugeot 205 misjuqa minn anzjana ta’ 80 sena residenti Ħal-Qormi b’passiġġiera magħha ta’ 79 sena residenti Ħal-Qormi, vettura tat-tip Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti Ħ’Attard u vettura Peugeot 207 misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti San Pawl il-Baħar kellhom impatt.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żewġ anzjani nisa l-isptar biex jirċievu l-kura neċessarja.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.