Il-Pulizija qed tinvestiga l-għajbien ta’ tliet vażuni u arloġġ b’valur ta’ madwar tlettax-il elf ewro.
Dan intqal fi stqarrija minn Heritage Malta fejn intqal li uffiċjali tagħha nnotaw xi oġġetti nieqsa minn kmarar fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Heritage Malta qal li sar rapport lill-Pulizija, fejn bdiet tinvestiga l-każ.
Flimkien ma’ uffiċjali tal-aġenzija qed jiġu analizzati l-kameras tas-sigurtà li hemm f’dan il-Palazz.
![](https://one.com.mt/wp-content/uploads/2024/04/WhatsApp-Image-2024-04-05-at-17.09.40.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/04/05171149/WhatsApp-Image-2024-04-05-at-17.09.31-461x1024.jpeg)