Tliet vapuri navali mill-Kmand Marittimu Alleat tan-NATO qed iżuru Malta għal żjara ta’ Sħubija tan-NATO għall-Paċi.
L-ITS Vesuvio, l-ITS Numana tal-Armata Taljana u l-ESPS Sella tal-Armata Spanjola jinkludu l-flotta li sservi bħala t-tieni grupp tal-Ġlieda kontra l-Minjieri Permanenti tan-NATO. Iz-zjara tal-grupp tinkludi attività skedata mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Illum, dawn il-vapuri se jankraw f’diversi portijiet fosthom ġewwa l-Belt Valletta u se jilqgħu lill-pubbliku abbord għal opportunità unika biex tosserva flotta li għandha rwol importanti biex tagħmel l-oċeani aktar siguri filwaqt li tappoġġja s-siġurtà u l-istabbiltà reġjonali.
Il-bastimenti se jkunu miftuħa għall-wirja pubblika bejn it-2 u l-4 ta’ filgħaxija.