Tliet ulied u żewġ adulti jinsabu rikoverati l-isptar wara inċident li seħħ f’Ħal Qormi, ftit wara s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.
Aktarx li tifel ta’ ħames snin sofra ġrieħi gravi.
Huwa kien flimkien ma’ tifel ieħor ta’ disa’ snin, tifla ta’ tlettax-il sena u żewġ adulti, it-tnejn ta’ 32 sena, lkoll Ingliżi. Ir-raġel kien qed isuqhom f’karozza Ford Fiesta, li kellha impatt ma’ Renault Clio misjuqa minn raġel ta’ 20 sena mis-Siġġiewi.
Iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta. Minbarra żewġ ambulanzi, fuq il-post issejħu wkoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.