Tliet toroq f’żoni rurali fin-Nofsinhar ta’ Malta, li flimkien jagħmlu 5 kilometri, reġgħu nbnew mill-ġdid.
Dawn it-toroq huma Triq Ħal Far – li tgħaqqad iż-Żurrieq ma’ Birżebbuġa; Triq l-Imqabba – li tgħaqqad l-Imqabba maż-Żurrieq; u
Triq Santu Kristu – li tgħaqqad iż-Żejtun ma’ Marsaxlokk.
L-aġenżija tat-toroq Infrastructure Malta qalet li sa nofs is-sena l-ġdida se tkun bniet aktar minn 40 kilometri ta’ toroq rurali.