Tliet timijiet jinsabu b’punti massimi fil-VMFA Cisk Premier League hekk kif matul din il-ġimgħa ntlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan il-kampjonat. L-ikbar rebħa tal-ġurnata kisbuha Birkirkara St Helen’s li għelbu lil Żejtun Red Stars 10-0. Kif jindika l-iskor, il-Karkariżi ddominaw mill-bidu sal-aħħar din il-partita biż-Żwieten li sabuha ferm diffiċli jikkontrollaw lill-avversarji tagħhom. Daniel Cremona kien awtur ta’ erba’ gowls filwaqt li Federico Marine u Alan Tabone skorjaw doppjetta kull wieħed. Jeffrey Chetcuti u Ayrton Buhagiar ukoll ipparteċipaw fil-festival tal-gowls.
Anke ċ-champions MFPA ħarġu rebbieħa fuq Gżira United Veterans 7-3. L-iskorer prolifiku Michael Galea skorja tliet gowls b’Julian Galea, Gareth Sciberras, Carlo Mamo u George Frendo li wkoll sabu x-xibka. Il-Gżirjani kellhom lil Daniel Mariano Bueno jiskorja doppjetta filwaqt li Rio Micallef żied ieħor għalihom.
F’logħba ferm interessanti li ġiet deċiża fl-aħħar minuti, Rabat Veterans għelbu lil Hibernians 6-3. Ibrahim Tarek kien l-istilla għar-Rabtin meta skorja tliet gowls b’Darren Galea, Timothy Zammit u Gilbert Camilleri Lowell li wkoll kienu fost l-iskorers. Luke Satariano, Steven Bonnici u Calogero Dalli skorjaw għall-Pawlisti. Floriana kisbu rebħa tajba ta’ 4-2 kontra Żurrieq Wolves. Emerson Amaira skorja żewġ gowls bi Brian Said u Christian Cassar li żiedu tnejn oħra għall-Greens. Clarence Thompson skorja doppjetta għal Żurrieq Wolves.
KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE: Birkirkara St Helen’s, Floriana, MFPA 6, Gzira United, Rabat Veterans 3, Hibernians, Żurrieq Wolves, Żejtun Red Stars 0.
KLASSIFIKA – L-AQWA SKORERS: Michael Galea (MFPA) 7 gowls, Ayrton Buhagiar (Birkirkara St Helen’s) 5 gowls, Adam Smeir (Rabat), Daniel Cremona (Birkirkara St Helen’s) 4 gowls.