Tliet suldati Iżraeljani nqatlu wara sparatura fuq il-fruntiera tal-Iżrael, minn uffiċjal tas-sigurtà Eġizzjan.
Iż-żewġ pajjiżi qegħin jinvestigaw flimkien dan l-inċident.
Skont rapporti fil-midja internazzjonali, l-Eġittu qalet li l-uffiċjal tagħha qasam lejn l-Iżrael minħabba li pprova jaqbad traffikanti tad-droga.
L-ewwel li nqatlu f’dan l-inċident kienu żewġ suldati; raġel u mara – li kienu mal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.
L-Iżrael qalet li sigħat wara, l-allegat aggressur ġie ċċirkondat u kien hemm diversi sparturi.
Hawnhekk inqatel it-tielet suldat, waqt li nqatel ukoll l-allegat aggressur, fejn qed ikun irrappurtat li huwa uffiċjal tal-Pulizija tal-Eġittu.
Sors tar-ritratt: The Guardian