Il-Pulizija qiegħda tinvestiga każ li seħħ dalgħodu fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex fejn tliet studenti kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li ħadu pilloli tal-irqad.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li l-istudenti ttieħdu minnufih l-isptar wara li stqarrew li ħadu l-pilloli tal-irqad.
Dan l-istazzjon hu infurmat li l-każ seħħ fid-9:15 ta’ dalgħodu u li t-tfal belgħu l-pilloli ta’ wieħed mill-missirijiet tat-tfal.
Il-Ministeru qal li l-ġenituri tat-tfal ġew mgħarrfa mill-ewwel u wieħed mill-istudenti ħareġ mill-isptar u t-tnejn l-oħra nżammu għall-osservazzjoni l-isptar.