Tliet studenti nqatlu u tmien persuni oħra, fosthom għalliem, indarbu, fi sparatura li seħħet fi skola taż-żgħażagħ fl-istat Amerikan ta’ Michigan.
Il-vittmi huma żagħżugħ ta’ sittax il-sena u żewġ tfajliet ta’ erbatax u sbatax-il sena.
Il-Pulizija qed jallegaw li s-suspettat, li huwa student ta’ ħmistax-il sena fl-istess skola, uża arma tan-nar li xtara missieru l-ġimgħa l-oħra.
Bosta studenti ddeskrivew ix-xena bħala waħda ta’ paniku u kaos, b’bosta persuni jistaħbew taħt il-bankijiet u l-imwejjed fil-ħin tal-isparatura.