Raġel ta’ 26 sena mill-Gambja ammetta li lura f’Ottubru 2020 u fix-xhur ta’ qabel għen diversi persuni sabiex jidħlu jew joħorġu minn Malta billi biegħ passaporti ta’ persuni oħra.
Ir-raġel ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u kien ikkundannat tliet snin u sitt xhur ħabs.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Karl Roberts.