Żagħżugħ ta’ sbatax –il sena ingħata s-sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs wara li ammetta għal akkużi ta’ serq.
L-akkużat ammetta li f’Lulju li għadda seraq flus kontanti u dokumenti tal-bank minn kamra f’lukanda għad-dannu ta’ tliet turisti Taljani. Ftit tal-jiem wara, seraq apparat elettroniku minn appartament f’San Pawl il-Baħar.
Iż-żagħzugħ xehed ukoll kif xahrejn wara pprova jisraq minn bar f’Buġibba.
Dan kollu fiż-żmien li kien jinsab b’sentenza sospiża.
Minkejja li għadu taħt l-età, iż-żagħżugħ kien diġà ngħata ċans aktar minn darba biex jibdel ħajtu.
Filfatt f’Diċembru tal-2014 kien ingħata s-sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erbgħa, iżda ma damx ma reġa’ waqa’ għall-vizzju.