Glenn Abela ta’ 30 sena tressaq il-Qorti mixli li fost oħrajn inġurja, hedded jew għamel offiża fuq ufficjal ta’ Transport Malta, filwaqt li ma obdiex l-ordnijiet tiegħu.
Fil-Qorti huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih fosthom li neża għarwien f’post pubbliku, filwaqt li għamel mossi oxxeni.
Il-każ seħħ nhar it-8 ta’ Novembru f’Raħal Ġdid. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ordnat li l-akkużat jitqiegħed taħt ordni ta’ probation għal tliet snin filwaqt li weħlitu €1000 multa. Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Sarah Zerafa.
Għal Transport Malta deher l-avukat Dr. Andy Ellul bħala parte civile.