Stephen Zammit ta’ 55 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal tliet snin wara li ammetta li għal diversi drabi seraq minn żewġt iħwienet f’Birkirkara li jbigħu ħwejjeġ u affarijiet tal-isport.
Huwa ġie mixli li seraq ħwejjeġ mingħand il-Eurosport f’erba’ okkażjonijiet differenti bejn l-1 u l-14 ta’ Diċembru, u li f’lejlet il-Milied seraq ħwejjeġ mill-ħanut Teamsport.
F’ġurnata partikolari li pprova jisraq aktar minn darba l-ħwejjeġ mill-Eurosport, nqabad fil-fatt waqt li kien fid-dressing rooms tal-ħanut, wara li ħaddiema tal-ħanut għarfuh u ċemplu lill-Pulizija.
Hu ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsiem mill-arrest li ngħata f’każ seperat f’Lulju li għadda.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella qieset dak li qalu kemm il-prosekuzzjoni kif ukoll id-difiża, li l-akkużat għandu bżonn l-għajnuna minħabba li għandu l-vizzju tad-droga fejn minn hemm ħarġet ordni ta’ probation.