Tifel ta’ sittax-il sena tpoġġa fuq tliet snin probation wara li llum ammetta fil-Qorti li darab lil ommu.
It-tifel, li fi ftit ġimgħat oħra se jibda kors l-MCAST, ġie akkużat li weġġa’ gravi lil ommu wara li taha daqqa ta’ ponn ilbieraħ.
Fl-awla tal-Qorti, l-Maġistrat Anthony Vella, spjega lit-tifel dwar il-gravità ta’ dan il-każ u wissieh biex ma jerġax jagħmel atti ta’ dan it-tip.