Mara ta’ ħamsa u erbgħin sena weħlet tliet snin ħabs wara li ġiet mixlija b’diversi serq ta’ ġojjelli u falsifikazzjoni ta’ dokumenti kummerċjali.
Il-każijiet ivarjaw bejn Frar u April tas-sena li għaddiet fejn l-imputat kienet akkużata li serqet minn ħamest idjar ta’ anzjani.
Jasmine Azzopardi kissret ordni ta’ probation li tmur lura għall-elfejn u ħmistax.
Hija ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha, madanakollu l-Qorti kkonkludiet li għalkemm l-imputat ikkoperat fl-investigazzjonijiet hija kienet ingħatat bosta opportunitajiet biex tirriforma ruħha.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech innutat kif l-akkużata għandha l-vizzju tad-droga u għaldaqstant ħarġet ordni sabiex għal sentejn tingħata l-għajnuna biex tegħleb il-vizzju.