Marc Luigi Alwan ta’ 22 sena weħel tliet snin priġunerija wara li f’Ġunju tas-sena l-oħra seraq żewġ karozzi f’jum wieħed f’Għawdex.
Fil-Qorti nstema’ kif ftit wara s-sagħtejn ta’ filgħodu fil-25 ta’ Ġunju 2020, l-għassa tar-Rabat Għawdex irċieva telefonata, Joseph Vella spjega li nsterqitlu l-karozza tal-għamla Mercedes Benz li kienet ipparkjata quddiem ir-residenza tiegħu.
Ftit inqas minn siegħa wara il-Pulizija rċeviet informazzjoni minn uffiċjal tas-sigurtà li stqarr kif ra l-imputat b’ċavetta ta’ vettura b’lewn sewda, iżda dan tela’ u beda jsuq vann abjad. Alwan ġie intraċċat mill-Pulizija fir-Rabat.
Lill-pulizija qalilhom li hu kien qiegħed iwassal xi affarijiet.
Il-Maġistrat Joe Mifsud innota wkoll li l-imputat huwa reċediv.