Saviour Agius ta’ 42 sena ġie kkundannat tliet snin ħabs wara li nstab ħati li seraq vettura u pprova jisraq oħra.
Il-każijiet seħħew fil-Pietà u f’Ħal Qormi meta Agius kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kien ingħata f’Mejju għal każ separat.
Il-Maġistrat Charmaine Galea ordnat li l-€2,500 marbuta mal-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest fuq każ preċedenti jiġu kkonfiskati.