Raġel ta’ 34 sena, intbagħat tliet snin ħabs, wara li nstab ħati li kien il-moħħ wara s-sensiela ta’ hold ups f’sitt ġimgħat.
David Scicluna minn M’skala, ġie arrestat f’Lulju li għadda akkużat li wettaqt n-numru ta’ hold ups bejn Ġunju u Lulju tas-sena li għaddiet minn Ħal Tarxien u Santa Luċija.
Akkużat ukoll li waqt il-hold ups, żamm il-vittmi kontra l-volontà tagħhom, kellu s-sikkina fil-pussess tiegħu mingħajr ma kellu l-liċenzja tal-pulizija u li huwa riċediv.
L-ewwel hold up seħħet fis-sittax ta’ Ġunju minn mini market f’Santa Luċija. Jummejn wara reġa s-seraq minn ħanut f’Ħal Tarxien. Filwaqt li fis-sebgħa u għoxrin ta’ Lulju reġa s-seraq minn mini market ieħor f’Ħal Tarxien.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Rapport li sar minn psikjatra rriżulta li r-raġel għandu problema akuta tad-droga u diffikultajiet personali oħra. Huwa intbgħat tliet snin ħabs effettiv. Filwaqt li tpoġġa fuq ordni ta’ trattament sabiex jibd jgħix ħajja stabbli.
Bil-qorti talbet lid-Direttur tal-Ħabs sabiex itiħ l-assistenza n-neċessarja għal programm ta’ riabilitazzjoni.