Pier Paul Buttigieg ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq, u ma jaħdimx, ammetta li seraq flus kontanti minn ħanut f’Bormla.
Ir-raġel kien imfittex mill-pulizija b’rabta ma’ hold up f’Bormla fix-xahar ta’ Marzu.
Ilbieraħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu l-Pulizija ċċirkondaw residenza fiż-Żurrieq wara li waslitilha informazzjoni, fejn il-persuna li kienet mfittxija għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat, setgħet kienet qed tistaħba. L-informazzjoni li kellha l-Pulizija kienet waħda pożittiva u malli nduna bil-preżenza tal-Pulizija, ir-raġel ipprova jaħrab billi beda jaqbeż minn fuq il-bjut tar-residenzi, bil-Pulizija jsegwuh fejn ġie arrestat ftit wara.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Il-Maġistrat Victor Axiak sabu ħati u kkundannah tliet snin ħabs u ordna sabiex jitpoġġa fuq ordni ta’ trattament. Huwa ġ-ie ordnat iħallas multa €116.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lydon Zammit u Eman Hayman.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/01/se-jitressaq-il-qorti-mixli-bdiversi-serqiet/
https://www.one.com.mt/2020/03/14/serqa-fbormla-tfittxija-ghall-aggressur/