Somalu ta’ 26 sena li jgħix Ħaż-Żabbar intbagħat tliet snin ħabs wara li fil-Qorti ammetta li għen immigranti biex jitilqu minn Malta illegalment.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia huwa nstab ħati wkoll li għen persuni biex jidħlu f’Malta illegalment u anke li għamel rapport falz lill-Pulzija.