Marcus John Calleja ngħata sentenza ta’ 3 snin ħabs u multa wara li sentejn ilu spara xi tiri waqt li kien qed iwettaq serqa f’Ħaż-Żabbar.
Calleja kien akkużat b’serq aggravat, li żamm persuni kontra r-rieda tagħhom, li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar u li użaha waqt li kien qed jagħmel att kriminali u li hu riċediv.
Ħadd ma kien weġġa’ f’din is-serqa.
Fit-12 ta’ Marzu ta’ din is-sena ammetta l-akkużi kontrih.
L-Avukat Ezekiel Psaila deher għall-akkużat.