Tliet Serbi ta’ tnejn u għoxrin, sebgħa u għoxrin u erbgħin sena baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti llum u ġew akkużati b’serq, fosthom ta’ apparat elettroniku.
Huma kienu arrestati mill-Pulizija nhar il-ħamsa u għoxrin ta’ Novembru u b’rabta mal-każ instabet arma tan-nar mingħajr liċenzja.
L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u għaldaqstant, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Gianella Camilleri Busuttil żammet lit-tliet imputati taħt arrest.