Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ntqal li nħatru tliet Segretarji Permanenti ġodda wara l-ħatra ta’ Kabinett ġdid.
Joseph Chetcuti, Emanuel Psaila u Carlos Tabone ngħataw il-ħatra mill-President ta’ Malta George Vella bħala Segretarji Permanenti fi tliet Ministeri differenti.
Kien hemm assenjazzjonijiet ġodda wkoll lil uħud mis-Segretarji Permanenti attwali.
Is-Segretarji Permanenti fis-Servizz Pubbliku issa ġew assenjati kif ġej:
Mario Cutajar – Uffiċċju tal-Prim Ministru u Kap tas-Servizz Pubbliku
Kevin Mahoney – Uffiċċju tal-Prim Ministru (Kordinazzjoni u Implimentazzjoni)
Dr Joyce Cassar – Uffiċċju tal-Prim Ministru (People and Standards)
Joseph Chetcuti – Ministeru għas-Saħħa
Joyce Dimech – Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Christopher Cutajar – Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Mark Musù – Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli
Sharlo Camilleri – Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
Ronald Mizzi – Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet
Paul Zahra – Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet (Fondi Ewropej)
Nancy Caruana – Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Johan Galea – Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u Ministeru għall-Ġustizzja
John Borg – Ministeru għal Għawdex
Emanuel Psaila – Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
Anthony Gatt – Ministeru għat-Turiżmu
Joseph F. Caruana – Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża
Alfred Camilleri – Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol
Matthew Vella – Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Carlos Tabone – Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
Christine Schembri – Ministeru għall-Anzjanità Attiva