Ir-rieda li s-servizz tas-saħħa joffri kura aħjar u iktar effiċjenti b’mod partikolari f’dawk li huma operazzjonijiet, tirriżulta mill-fatt li ż-żieda qawwija fl-operazzjonijiet is-sena li għaddiet kienet riżultat tal-fatt li ttieħdu deċiżjonijiet li setgħu ttieħdu bosta snin ilu. Iżda, li ttieħdu b’iktar serjeta tul din l-amministrazzjoni biex id-differenza qed tidher bil-kbir. Dwar dan tkellimna mal-Kap tal-Kirurgi fl-Isptar ġenerali ta’ pajjiżna. Qal li hemm tliet raġunijiet ewlenin għal din iż-żieda.