Nuqqas ta’ qbil u protesti kbar f’Pariġi dwar il-qtil ta’ raġel Ċiniż ħallew tliet uffiċjali tal-Pulizija midruba u diversi persuni oħra arrestati.
Demostranti ngħaqdu barra l-Għassa tal-Pulizija f’Pariġi lbieraħ bħala forma ta’ rispett lejn ir-raġel li nqatel.
Il-familja tiegħu qed tiċħad r-rapport tal-Pulizija, li l-istess raġel attakka uffiċjal b’oġġett bil-ponta meta ġew biex jirrispondu għar-rapporti li saru fuq il-midja dwar il-ġlieda li seħħet f’residenza.
Iċ-Ċina wkoll tkellmet għal dan l-inċident fejn qalet li Franza għandha tieħu ħsieb lil niesha.
Ir-raġel, li għandu 56 sena u hu missier ta’ ħamsa, Liu Shaoyo, inqatel b’tir il-Ħadd filgħaxija f’Pariġi.
Il-Pulizija qalu li hu pprova jattakka Pulizija b’oġġett bil-ponta u jaqta’ meta avviċinah ħdejn il-bieb tad-dar.
Iżda l-Avukat tal-familja qal li l-familja tiċħad li dan verament seħħ.
Waħda mit-tfal qalet “Missieri mar ħdejn il-bieb b’imqass f’idu, għax kien qed jużaħ meta beda jnaddaf l-ħut għall-ikel. Faqaw il-bieb, daħlu u sparaw, u missieri spiċċa mindud fl-art.”
Madwar 35 persuna ġew arrestati lbieraħ, waqt protesta ta’ madwar 150 persuna, bosta minnhom bdew iwerżqu “Qattiela!”