Cain Attard, Shaun Borg u l-goalkeeper tat-tim Nazzjonali Henry Bonello, ġew magħżula mill-UEFA bħala parti mill-aqwa tim, wara l-logħob li ntlagħbu din il-ġimgħa, għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Flimkien mal-plejers Maltin, kien hemm plejers oħrajn ta’ fama internazzjonali, fosthom il-plejer Ingliż u ta’ Manchester United Harry Maguire.
Nhar l-Erbgħa li għadda t-tim Nazzjonali, rebaħ bi skor ta’ 3-0 kontra Ċipru, fl-istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Il-gowls ġew skurjati minn Cain Attard u Joseph Mbong.
Fl-istadium nazzjonali kien hemm preżenti għal din il-logħba madwar 3,500 partitarju.
Din kienet l-ewwel darba wara 18-il xahar li l-partitarji Maltin kienu preżenti fil-grawnd sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lejn it-tim Malti.